Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Dwar il-Lingu@net Europa

X'inhi l-Lingu@net Europa?

Il-Lingu@net Europa hi ċentru ta' riżorsi multilingwali fuq l-internet, dwar it-tagħlim tal-lingwi barranin.

Fis-sajt ssib tagħrif dwar u links għal riżorsi tajbin fuq l-internet minn madwar id-dinja, dwar it-tagħlim ta' kull lingwa barranija moderna.

Il-Lingu@net Europa hi msejsa fuq il-fehma li int li tkun qed titgħallem jew tgħallem lingwa, jinteressawk mhux biss riżorsi li ssib bl-ilsien ta' art twelidek iżda wkoll riżorsi relevanti f'kull lingwa li int midħla tagħha.

Mil-Lingu@net Europa wieħed jista' jidħol f' 'il fuq minn 3,500 riżors miġbur fuq l-internet. Ħafna minn dawn ir-riżorsi huma maħsuba apposta għal nies li jkunu qed jitgħallmu xi lingwa. Is-sajt toffri għajnuna lil studenti adulti dwar kif jitgħallmu lingwa, kif jistħarrġu f'liema livell qegħdin u kif jikkomunikaw ma' studenti oħra direttament permezz ta' l-internet. Ir-riżorsi nħadmu minn esperti tat-tagħlim tal-lingwi minn madwar l-Ewropa kollha.

Is-sajt tista' tħaddimha b'dawn il-lingwi: il-Bask, il-Bulgaru, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Galliku, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Islandiż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Katalan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, u t-Taljan.

Il-Lingu@net Europa qed tissawwar minn 24 organizzazzjoni ġejja minn 20 pajjiż Ewropew.

EUROPA - Education and Training - Socrates logotype

Fl-imgħoddi, il-Lingu@net Europa kienet tiġbed lejha biss għalliema professjonali tal-lingwi. Bħalissa l-proġett qed jingħata għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-Programm Socrates (Lingua 2 action) bil-għan li l-proġett:

  • jilħaq aktar lingwi,
  • ikattar l-għadd ta' riżorsi, u
  • jgħin lil studenti tal-lingwi li jkunu adulti.

Is-servizzi tal-Lingu@net Europa huma b'xejn. Nistednukom biex tinqdew bis-sajt billi tindikaw riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu inklużi u nieħdu gost jekk tagħtuna l-fehmiet tagħkom.