Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Stejjer ta' suċċess

L-istorja ta’ Camilla

5 snin ilu fettilli nitgħallem il-Franċiż, hawn fi Spanja fejn ilni ngħix għal dawn l-aħħar 10 snin.

Bħala għodda kelli: ktieb tal-grammatika Franċiża, lezzjonijiet għal sitt xhur (u wara sibt għadd kbir ta’ sajts fuq l-internet mimlija b’taħriġ, grammatika, u saħansitra siltiet irrekordjati) xi CD-ROMs b’taħriġ dwar il-pronunzja, qari bla waqfien (ta’ kotba, magażins, gazzetti), DVDs, skambji dwar il-lingwa ma’ 3 kelliema nattivi u 3 snin ta’ ċċettjar fuq l-internet. Żort Pariġi darbtejn, imma qatt ma kelli ċ-ċans noqgħod hemm għal żmien twil. Madankollu, inħoss li lħaqt livell għoli bħala kompetenza u nitkellem bil-Franċiż b’kunfidenza, tista’ tgħid, f’kull sitwazzjoni. Permezz ta’ l-iċċettjar, tgħallimt ħafna ħwejjeġ billi kont noqgħod nimita. Mit-taħdit ksibt il-kunfidenza fiha nnifsi u l-kliem issa jiġi għal ilsieni bla ma noqgħod naħsibha. Ma nistax ma nisħaqx li pprattikajt il-Franċiż sagħtejn jew tlieta kuljum għal madwar 3 snin u għadni naqra bil-Franċiż kuljum. Naħseb li biex titgħallem sew il-lingwa li tkun tixtieq titgħallem, trid tkun espost għaliha għal ħafna ħin.

Din il-ġrajja tixhed kemm l-iċċettjar fuq l-internet jista’ jgħin bis-sħiħ fit-tagħlim ta’ lingwa.