Għajnuniet għall-istudenti
Il-grammatika ddejjaqni
- Il-grammatika tista' ssir tafha b'mod impliċitu, billi qajl qajl tiksibha minn dak li tisma' u taqra. Tista' tikseb għarfien ta' aspetti grammatikali li ma tkunx konxju tagħhom, l-istess bħalma t-tfal li jkunu qed jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-lingwa materna, jitgħallmu jagħrfu bejn strutturi tajbin u oħrajn ħżiena, imqar jekk lanqas biss ikunu jafu x'jisimhom.
- Agħżel silta qasira bi strutturi grammatikali li tixtieq timmemorizza. Is-silta aqsamha f'biċċiet, ħawwad il-biċċiet u erġa' ipprova ibni s-silta. Dan it-taħriġ jgħinek taħseb kif tqiegħed il-kliem biex tifforma sentenzi u għaliex.
- Oħloq il-ktieb tal-grammatika tiegħek jew iksi xi ħajt b'aspetti grammatikali! Spjega l-grammatika bi stampi u tabelli jekk inti titgħallem b'mod viżwali. Ikteb frażijiet li fihom iddaħħal forom grammatikali li tkun qed titgħallem.
- Inqeda bl-esperjenzi ta' tagħlim imgħoddija li kellek. Qabbel l-istruttura tal-lingwa l-ġdida li qed titgħallem ma' l-istrutturi tal-lingwi li diġà taf.
- Il-fuljetti u l-paġni tal-web dwar il-mużewijiet u l-galleriji ta' l-arti jistgħu jgħinuk titgħallem il-lingwa ta' l-esperti. Oqgħod attent kif jitqiegħed il-kliem wara xulxin u aħseb kif l-istess sentenza tista' tinkiteb b'mod inqas formali.
- Fil-lirika tal-kanzunetti nsibu ħafna strutturi repetuti. Kantahom ħa tidrahom!
- Titlifx il-paċenzja - it-tagħlim ta' lingwa ġdida jieħu fit-tul! Tiddejjaq xejn li ġieli tiżbalja!
