Id-Dinjiet Virtwali (jew MOOs)
Insibu għadd sabiħ ta' dinjiet virtwali (jew kif inhuma magħrufa MOOs) li ġew maħluqa apposta għat-tagħlim tal-lingwi. F'dawn id-dinjiet tista' ssawwar post għalik u tikkomunika ma' plejers oħra. Il-MOOs qisu logħob tal-kompjuter. Għaldaqstant jekk jogħġbok dan il-logħob, tista' tinqeda bil-MOOs biex titħarreġ fil-lingwa li tkun qed titgħallem.
