Ħbieb tal-kompjuter jew tagħlim bi sħab permezz ta’ l-internet
Il-Ħbieb tal-Kompjuter huma bħall-ħbieb tal-pinna, li kienu tant popolari qabel ivvintaw il-kompjuters. Il-ħbieb tal-kompjuter jiktbu ittri elettroniċi ‘l xulxin minflok ittri postali. Jekk ikollok ħabib/a tal-kompjuter, li jkun kelliem nattiv tal-lingwa li tkun qed titgħallem, tista’ tieħu sehem f’ Tagħlim bi sħab. Permezz tat- Tagħlim bi sħab, int u sieħbek jew seħbitek, tkunu tistgħu tgħinu ‘l xulxin titgħallmu milli diġa` tafu u b’hekk ittejbu l-ħiliet fil-lingwa tagħkom u titgħallmu dwar il-kulturi ta’ pajjiżkom. L-eħfef mod biex tikkomunikaw ma’ xulxin hu permezz tal-posta elettronika.
It-Tagħlim bi Sħab hu mod irħis u motivanti li bih tista’ titħarreġ u ttejjeb il-ħiliet tiegħek fil-lingwa flimkien mal-ħabib/a tiegħek tal-kompjuter.
