Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Iċċettjar dirett

Fuq l-internet issib ħafna mkejjen maħsuba apposta għal studenti tal-lingwi, fejn tista’ tiċċettja direttament ma’ studenti oħra u kelliema tal-lingwa li tkun qed titgħallem. Tista’ tinqeda b’żoni normali fejn isir it-tagħlim tal-lingwi; kulma trid tagħmel hu li tiftiehem f’liema ħinijiet ħa titħaddet ma’ min se tkun se titħaddet.

Ara kemm hu effettiv l-iċċettjar biex titgħallem lingwa billi taqra l-istorja ta’ Camilla.

Biex tiċċettja, idħol f’liema diskussjoni tkun tixtieq tidħol, agħfas 'enter', u dak li tikteb jarah minnufih kull min ikun f’dak l-imkien ta’ l-iċċettjar f’dak il-waqt u jkunu jistgħu jwieġbuk direttament, dak il-ħin stess.

Xi mkejjen fejn isir l-iċċettjar iħalluk tinqeda bil-lingwa li tkun qed titgħallem. Xi mkejjen sa għandhom il-faċilita` li ssir konferenza diretta permezz ta’ l-internet, fejn dak li jkun ikun jista’ jpinġi fuq bord, waqt li jkun qed jitħaddet. It-tpinġija hija għodda utli ħafna għal min mhux dejjem jiġih f’ħalqu l-kliem li jkun irid jgħid bil-lingwa li jkun qed jitgħallem.

Sajts fejn isir l-iċċettjar

L-iċċettjar dirett hu mod vivaċi kif wieħed jitħarreġ fil-lingwa li jkun qed jitgħallem. Fit-taħdit tintuża l-aktar il-lingwa informali u għalhekk permezz ta’ l-iċċettjar wieħed isir jaf ħafna espressjonijiet idjomatiċi popolari.

Bħal f’kull taħdit dirett, ħu ħsieb li ma tagħtix tagħrif personali li jista’ jintuża għal skopijiet ħżiena.

Bask, il-, Bulgaru, il-, Daniż, id-, Estonjan, l-, Finlandiż, il-, Franċiż, il-, Ġermaniż, il-, Gallegan, il-, Grieg, il-, Ingliż, l-, Islandiż, l-, Ispanjol, l-, Isvediż, l-, Katalan, il-, Litwan, il-, Malti, il-, Olandiż, l-, Pollakk, il-, Portugiż, il-, Taljan, it-