Mur fil-bidu tal-werrej.

Blogs

Tista’ tinqeda b’ġurnal interattiv fuq il-web biex titħarreġ fil-qari u l-kitba, billi titħaddet ma’ "bloggers" oħra minn madwar id-dinja.

Blog hi paġna interattiva fuq l-internet fejn jiġu diskussi suġġetti billi dawk li jżuru l-paġna jagħtu l-fehmiet tagħhom direttament u tinħoloq bħal komunita` interattiva ffokata fuq suġġett li jkun jinteressa lil kulħadd. Hemm varjeta` sħiħa ta’ ġurnali interattivi, fosthom paġni personali forma ta’ djarji pubbliċi miktuba minn individwi, blogs maħluqa minn istituzzjonijiet dwar korsijiet akkademiċi u ġurnali ta’ qtajja’ ta’ nies bl-istess interessi. Hemm għamliet differenti ta’ ġurnali u fuq l-internet issib pakketti ta’ softwer li bla ma jitolbuk ħlas, juruk kif tibni l-ġurnal tiegħek.

Biex titħarreġ fil-lingwa li tkun qed titgħallem tista’:

  • toħloq il-ġurnal tiegħek, li fih tniżżel minn xiex tkun għaddej jum b’jum, taqsam il-poeżiji u/jew ir-ritratti tiegħek, u titlob għall-fehmiet tal-qarrejjja dwar suġġetti li jolqtuk bil-lingwa li tkun qed titgħallem
  • taqra l-ġurnali ta’ nies oħra u tikkummenta dwarhom
  • toħloq ġurnal ma’ studenti oħra tal-lingwa jew kelliema nattivi, ngħidu aħna li fih tiktbu flimkien storja jew artiklu dwar xi ħaġa li tinteressa lil kulħadd
  • taqra aħbarijiet u fehmiet li jagħtu bloggers oħra minn madwar id-dinja u tikteb dwar aħbarijiet minn pajjiżek bil-lingwa li qed tistudja.

Xi servizzi jgħinuk tfittex bloggers oħra, kemm biex turi l-ġurnal tiegħek, kif ukoll biex tiddiskuti dwar temi li jogħġbuk.