Testijiet fil-Lingwa u għodda biex tistħarreġ lilek innifsek
Tista' tkun taf kemm taf lingwa billi tingħata sitwazzjoni u tara kemm int kapaċi tikkomunika b'dik il-lingwa fiha. Eżempji ta' sitwazzjonijiet mistħarrġa bħal din tista' ssibhom fil-grilja ta' l-evalwazzjoni li wieħed jista' jagħmel tiegħu nnifsu tal-Qafas komuni Ewropew bħala Referenza għal- Lingwi kif muri fil-Portafoll Ewropew.
Tista' wkoll tittestja x'ħiliet għandek f'lingwa billi toqgħod għal testijiet u għodda li bihom tistħarreġ lilek innifsek, testijiet li jkunu tfasslu apposta biex jittestjaw il-ħiliet f'lingwa partikolari.
M'hemm l-ebda test validu u li tista' toqgħod fuqu li hu tajjeb għal kull okkażjoni u għal kulħadd! Jekk tittestja lilek innifsek b'xi test, żomm f'rasek li r-riżultati tat-test jitkellmu biss dwar xi ħiliet u mhux il-ħiliet kollha li għandek. Int biss fil-qiegħ ta' qalbek taf tabilħaqq x'ħiliet għandek f'lingwa partikolari.
Bulgaru, il-, Daniż, id-, Estonjan, l-, Finlandiż, il-, Franċiż, il-, Ġermaniż, il-, Gallegan, il-, Grieg, il-, Ingliż, l-, Islandiż, l-, Ispanjol, l-, Isvediż, l-, Katalan, il-, Litwan, il-, Olandiż, l-, Pollakk, il-, Portugiż, il-, Taljan, it-
