Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Il-Ħiliet fil-lingwa u l-livelli

B'għarfien il-lingwa nifhmu bosta ħwejjeġ differenti li jitolbu modi differenti ta' stħarriġ. Jekk diġà taf xi ħaġa bil-lingwa li tixtieq titgħallem, jaqbillek tara x’inhu l-livell tiegħek. Test fil-lingwa jista' jurik x'taf u x'tista' tagħmel b'dak li taf. Jista' jurik kemm taf dwar dik il-lingwa (bħala morfoloġija, vokabolarju, storja) jew inkella jara kemm int kapaċi tikkomunika b'dik il-lingwa f'sitwazzjonijiet reali. Ħafna mit-testijiet jistħarrġu erba' ħiliet: it-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. Issib ukoll testijiet oħra grammatikali and lessikali. Xi testijiet jgħinuk tistħarreġ kemm il-kliem jiġi għal ilsienek, kemm timxi mar-regoli tal-grammatika, u kemm tinqeda b'espressjonijiet tipiċi tal-lingwa, xi stil tuża, xi pronunzja għandek u ħwejjeġ oħra.

Bħala livelli dawn jinqasmu fi tlieta, fi kliem ieħor il-bażiku, in-nofsani, u l-avvanzat. B'dawn il-livelli mhux kulħadd jifhem l-istess ħaġa; ħafna drabi kollox jiddependi f'liema kuntest ikunu użati.