Dwar il-Lingu@net Europa
Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabilita`
Fil-proċess ta' l-għażla u l-evalwazzjoni tar-riżorsi mogħtija biex jiddaħħlu fis-sajt, it-tim tal-Lingu@net Europa jagħmel l-almu tiegħu biex jassigura li r-riżorsi jissodisfaw il-kriterji li jitlob il-proġett.
Regolarment it-tim jara li ma jkunx hemm links li ma jwasslu għal imkien u li s-sajts li jkunu biddlu l-indirizz tagħhom, ikollhom l-indirizz il-ġdid. Madankollu, ħafna mis-sajts u l-links miġbura mhumiex xogħol l-imsieħba fil-proġett u għaldaqstant il-Lingu@net Europa jew il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għal dawn ir-riżorsi jew il-kontenut tagħhom.
Jekk tiltaqa' ma' xi materjal fuq is-sajt li jidhirlek li mhux xieraq, jew ma tkunx tista' tidħol f'xi sajt imniżżla fil-lista tal-Lingu@net Europa, inkunu grati jekk tiġbdilna l-attenzjoni u aħna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex insibu tarf tal-problema jew inneħħu r-riżors mill-iktar fis possibbli.
Is-servizzi tal-Lingu@net Europa huma b'xejn. Nistednukom biex tinqdew bis-sajt billi tindikaw riżorsi oħrajn li jistgħu jkunu inklużi u nieħdu gost jekk tagħtuna l-fehmiet tagħkom.
