Mur fil-bidu tal-werrej.
Inti tinsab

Kif tikseb l-informazzjoni

Din il-parti tiddeskrivi t-tekniki li jridu jintużaw biex isir l-aħjar użu mil-Lingu@net Europa. F'din il-parti ssib aspetti fit-tifsila tas-sajt maħsuba apposta biex jgħinu lil nies bi bżonnijiet speċjali jinqdew bir-riżorsi ta' l-istess s-sajt.

Rotot iqsar fuq it-tastiera

Il-paġni kollha jistgħu jintleħqu billi jintużaw it-tasti mħejjija apposta tat-tastiera - m'hemmx għalfejn jintuża l-maws.

It-tasti li tħejjew ivarjaw skond is-sistema operattiva u l-brawżer li jkun qed jintuża. Fil-każ tas-sistemi operattivi Windows jew Linux, uża ALT + l-iqsar rotta. Jekk qed tuża Apple Macintosh, inqeda b' CTRL + l-iqsar rotta.

Tast 0
Agħżel lingwa oħra provduta
Tast 1
Il-Paġna Ewlenija
Tast 2
X’inhu l-livell tiegħek?
Tast 3
Modi kif titgħallem
Tast 4
Il-post fejn jiltaqgħu l-imsieħba
Tast 5
Fittex
Tast 7
Il-werrej fil-bidu tal-paġna (aqbeż il-bar tan-navigazzjoni)
Tast 8
Mappa tas-sajt
Tast 9
Tagħrif dwar kif tfittex l-informazzjoni (ta' din il-paġna)

Jekk jogħġbok, tinsiex li kull brawżer għandu l-mod tiegħu kif jgħinek tagħżel it-tasti xierqa li bihom tfittex fis-sajt. Ngħidu aħna l-Microsoft Internet Explorer jaqleb minn link għal oħra waħdu u għalhekk tkun trid tagħfas Enter wara t-tast, li bih tidħol fil-paġna biex tmur għal link oħra. Brawżers oħra, bħal Mozilla, Firefox or Netscape 6, imorru fil-link ma’ l-ewwel.

It-tfassil u l-iżvilupp tas-sajt

Il-paġni tfasslu u ssawru b'tali mod u manjiera li jkunu konformi mal-linji ta' gwida u l-istandards tal- W3C :

Il-paġni kollha jaqgħu taħt il-kategorija XHTML 1.0 Transitional.

Il-preżentazzjoni viżwali tal-paġni hi msejsa fuq folji fl-istil ta' kaskata (minn fuq għal isfel) CSS, skond kif jitolbu l-ispeċifikazzjonijiet tat-2 Livell CSS.

Il-paġni kollha huma konformi mal-punti li jiġu ċċekkjati ta' l-1 u t-2 prijorita` tal-W3C Web Contents Accessibility Guidelines 1.0 kif mogħtija mill-Web Accessibility Initiative. Skond dawn il-linji ta' gwida l-paġni qegħdin fil-livell ta' konformita` Double-A tal- W3C Web Content Accessibility Guidelines 1.0. L-aċċessibilita` ġiet iċċekkjata kemm manwalment kif ukoll permezz ta' mezzi awtomatiċi. Minn barra dan kollu l-Lingu@net Europa tipprovdi wkoll rotot iqsar fuq it-tastiera għal links importanti u l-istess stil ta' preżentazzjoni, li flimkien jagħmlu l-paġni tassew aċċessibbli kif titlob it-3 prijorità tal- W3C Web Content Accessibility Guidelines 1.0.

L-Istandards

L-ikoni u l-links li ġejjin huma lkoll konformi ma' l-istandards li japplikaw:

XHTML 1.0 validu!

Din l-ikona tindika li ngħatat attenzjoni speċjali biex din il-Web sajt tkun tista' titħaddem minn kulħadd billi ntuża l- XHTML 1.0. Sar stħarriġ b'mezzi awtomatiċi biex wieħed ikun jista' joqgħod fuq dak li tgħid li qed tħaddem is-sajt. Il-link tieħdok għand il-validatur W3C, fejn il-paġna tal-Web tista' tkun mistħarrġa mill-ġdid.

CSS validu!

Din l-ikona tindika li ngħatat attenzjoni speċjali biex din il-Web sajt tkun tista' titħaddem minn kulħadd billi ntuża CSS validu. Sar stħarriġ b'mezzi awtomatiċi biex wieħed ikun jista' joqgħod fuq dak li tgħid li qed tħaddem is-sajt. Il-link tieħdok għand il-validatur W3C tas-CSS.

L-ikona tal-Level Double-A conformance, W3C-WAI Web Content Accessibility Guidelines 1.0

Din l-ikona tindika konformità mal-livell Double-A tal- W3C Web Content Accessibility Guidelines 1.0, fost oħrajn kulma jitolbu l-punti li jiġu ċċekkjati ta' l-1 u t-2 Prijorità kif definiti fil-Linji ta' Gwida. Il-link iwasslek għal spjegazzjoni dwar kif il-paġni tal-Websajt huma konformi mal-livell Double-A tal-Linji ta' Gwida u kif għandu jsir użu mil-lowgos tal-konformità.